L-attivita’ tant mistennija ta' "Lejl f'Casal Fornaro" għaddiet, fejn sfortunatament, man-numru sabiħ ta' nies li attendew, ġejna akkumpanjati minn ħalbiet qawwija tax-xita. Ovvjament, dan ħassar xi aspetti mid-divertiment li kien hemm preparat, xi armar li kien lest, u qata’ l-qlub ta' eluf li kienu gejjin. Pero, kienu bosta dawk li sfidaw l-elementi tan-natura u ġew iduru f'Casal Fornaro. Dan ġie nnutat ukoll minn diversi rapurtaggi li saru mill-media lokali, fosthom it-'Times of Malta'.
L-ghajta kienet daret ma’ Malta kollha li t-tielet edizzjoni ta' Lejl f'Casal Fornaro kellu l-ingredjenti kollha li jagħmluh mal-aqwa attivitajiet kulturali. L-organizzaturi din is-sena qaghdu l-izjed attenti ghall-icken dettall, fejn fost l-ohrajn din is-sena gew introdotti tabelli artistici f'kull triq sabiex jghinu izjed lil dak li jattendi biex jiehu dak kollu li jista’ minn Casal Fornaro. Barra minn hekk, ghal sena ohra ergajna urejna lill-poplu Malti x'talent u dedikazzjoni wiehed jista jsib f'Hal Qormi. Urejna izjed il-potenzjal ta' beltna u li bhala Qriema, ahna ghandna l-karatteristici unici taghna.
Mid-Dar tal-Helu sal-ftuh tax-Xelter, l-attivita’ Casal Fornaro issa giet rinomata wkoll ghall-originalita’ li sena wara sena, dejjem qed toffri lill-poplu Malti. Il-folklor, il-kultura, id-drawwiet u tradizzjonijiet taghna l-Maltin, setghu jitgawdew qalb atmosfera unika, dik ferm mistennija ta' Casal Fornaro. Din is-sena, anke fix-xita !
Rapport Casal Fornaro 2009
Rapport Casal Fornaro 2009
Rapport Casal Fornaro 2009
Kull Dritt Riservat - Ghaqda Armar San Sebastjan Qormi - 2009