Banda De Rohan; Haz Zebbug: L-istoriku Pietru Pawl Castagna fl-istorja tieghu ta' Malta ippubblikata fl-1888 kiteb hekk: "L-ewwel
Banda Nazzjonali saret f'Haz-Zebbug mit-tant imsemmi Mastru Indri Borg fl-1860. Dan kien il-bidu ta' kemm baned saru u li ghad
isiru." L-istess kiteb ir-Reverendu Dun Salv Ciappara fil-ktieb tieghu Storia del Zebbug e Sua Parrochia, pubblikat fl-1882.
Kiteb li fl-1860 Haz-Zebbug ra l-bidu ta' l-ewwel banda f'Malta. F'dawn l-ewwel snin tal-hajja taghha l-Banda Rohan gibdet
l-ammirazzjoni tal-poplu Zebbugi. F'dawk iz-zminijiet il-Banda Rohan kienet tiehu sehem f'diversi festi fir-rahal, fosthom
fil-festa titulari ta’ San Filep (2) u fil-purcissjoni tal-Gimgha L-Kbira. L-ammiraturi tal-Banda ddecidew li jaghmlu palk
biex il-Banda tkun tista' ddoqq fuqu fil-festi titulari tal-Belt Rohan. Il-palk sar u gie mzejjen bl-armi tal-Granmastru De Rohan
li tieghu l-Banda u Haz-Zebbug igibu l-ismu. Saret ukoll statwa ta’ l-istess Granmastru De Rohan li tpoggiet f'post prominenti
tal-palk.
Fl-1870, sewwa sew meta l-Papa Piju IX pproklama lil San Guzepp Patrun Universali tal-Knisja, saret l-istatwa ta' San Guzepp
f'Haz-Zebbug, xoghol ta' Glormu Darmanin. Il-Banda Rohan giet mistiedna mill-Fratellanza ta' San Guzepp sabiex tiehu sehem
fil-festa tal-Patrocinju tal-Qaddis - haga li ghadha ssir sal-lum.
Banda l’Isle Adam; Rabat: Fir-Rabat insibu li fl-1800 kienet diga tezisti Banda li din kienet maghrufa bhala l-Banda ta’ l-Imdina ghalkemm kienet
stazzjonata fir-Rabat. Insibu li f’din is-sena 1800 fil-Karnival saret Festa fil-Palazz tal-Gran Mastru gewwa l-Imdina fejn din
l-attivita kienet tikkonsisti f’Akkademja, Kuncert u Ballu. Il-Banda hadet sehem f’din l-okkazzjoni u ghal dan is-servizz il-Banda
thallset is-somma ta’ hames skudi u nofs (46c). Kienet ukoll hadet sehem fil-Festa ta’ Corpus Domini u fl-Ottava ta’ din il-Festa u
thallset 10 skudi. Din il-Banda nsibu li kienet taghti servizzi ‘il barra mir-Rabat bhalma gara fl-1808 fejn daqqet fil-purcissjoni
bl-istatwa ta’ Sant’Antnin li saret mill-Gharb ghar-Rabat. Fl-1814 u fl-1816 din il-Banda daqqet gewwa z-Zurrieq ghal Festa ta’
Santa Katerina. Hadet sehem ukoll fil-festa tal-Vitorja tal-Mellieha fl-1815. Jidher li fis-snin hamsin tas-seklu dsatax jigifieri
ghal habta tas-sena 1854 bdiet tidher aktar organizazzjoni ta’ din il-Banda fejn nsibu li f’dar 76, Triq Doni, kantuniera ma’
Triq San Bartilmew kienu jingabru grupp ta’ zghazagh guvintur f’dan il-post sabiex isir it-tahrig tal-Muzika. Dan it-taghlim
kien isir b’xejn ghal dawk li kienu mir-Rabat u l-Imdina. Dan huwa l-ewwel post li jissemma fl-Istorja glorjuza ta’ din is-Socjeta.
It-taghlim tal-Muzika kien isir minn Mastru Indri Borg li dan kien mill-Belt u lejn l-ahhar ta’ hajtu kien tilef id-dawl t’ghajnejh.
Is-Sena 1860 hija s-sena li l-Ghaqda Muzikali taghraf bhala s-Sena li fiha twaqqfet ufficjalment wara li kienet ilha ghal bosta snin
tiffunzjona. Id-devozzjoni li kien hemm lejn San Guzepp u s-Santwarju kienu xiehda anke ta’ l-isem li gie mghoti lil din l-Ewwel
Banda fir-Rabat fejn ghazlu dak ta’ l-ewwel Gran Mastru ta’ l-Ordni jigifieri dak ta’ L’Isle Adam fejn dan kien gab mieghu l-istatwa
antika ta’ San Guzepp ix-Xih.
Banda Beland; Zejtun: L-origini Muzikali tal- Banda Beland jehduna lura sa l-ewwel nofs tas-seklu 19. Skond l-istoriku Castagna 'Storja ta'
Malta' Pagna 248, fis-sena 1832 kienet diga tezisti l-orkestra taz-Zejtun imwaqqfa u diretta mis-Sur Giobatta Diacono. L-istess
Diacono kien gab mill-Italja lil kompozitur Michele DeFerraris biex jirriforma l-orkestra u aktar tard jghin fit-twaqqif tal-Banda.
Izda skond dokument awtentiku li jinsab ghand l-istess socjeta, dan DeFerraris kien diga jinsab Malta fis-sena 1829. Dan ifisser
b'mod car li f'din id-data l-orkestra kienet diga imwaqqfa. Mal-mewt ta' Diacono fl-1849 l-orkestra ghaddiet f'idejn ibnu Orazio li
kompla fejn halla missieru biex fl-1861 biddel din l-orkestra f'Banda, dejjem bil-ghajnuna ta' DeFerraris. Fil-bidu taghha l-banda
kienet ta' divertiment ghall-poplu, tant li din kienet tiehu sehem fl-intervalli waqt rapprezentazzjonijiet teatrali gewwa z-Zejtun.
Intant mat-twaqqif taghha l-banda kienet tiehu sehem fil-festa ta' Santa Katarina kif ukoll fil-purcissjoni tal-Gimgha il-Kbira kif
jixhdu marci ta' l-epoka li jinsabi fl-arkivji tas-Socjeta. L-ewwel programmi barra z-Zejtun kienu dawk gewwa Hal Ghaxaq, kemm
fil-festa ta' Santa Marija kif ukoll fil-Gimgha l-Kbira (1867), festa ta' Chorpus Christi fir-Rabat u l-festa tal-Madonna ta' Liesse
gewwa l-Belt Valletta (1870).
Banda Spinola; San Giljan: Is-Socjeta’ Muzikali Spinola twaqqfet fis-sena 1987. Socjeta’ li hija
relattivament zaghzugha izda habrieka u li mxiet sew ukoll. L-isem Spinola gie mill-isem ta’ Kavallier li kien benefattur kbir ta’
l-akwati. Huwa bena Palazz Spinola li tlesta fit-tmeninijiet tas-Seklu Sbatax. Irid jinghad li l-bini ta' Spinola ma kienx
jikkonsisti biss fil-palazz imma kien kumpless shih li jinkludi, barra mill-palazz majestuz u l-gonna kbar tieghu, il-Knisja
tal-Kuncizzjoni u l-Arkati tas-Sajjieda, li t-tnejn ghad nistghu ngawduhom sal-lum. Il-Markiz Genoviz Francesco Spinola di Roccaforte
kien akkwista hafna artijiet f' Malta u, billi kien devot kbir tal-Madonna, qataghha li jwaqqaf abbazija f' Malta. Interessanti ferm li
dan il-palazz flimkien mal-gonna kbar tieghu nbena minn Spinola "Ghall-moghdija taz-zmien tal-pubbliku" kif tixhed l-iskrizzjoni li
ghadha tinqara fuq il-portiku. Il-fundatur ta’ din il-banda kien Giljan Bonello, filwaqt li s-Surmast huwa Mro. Aldo Minuti.
Banda Vilhena; Floriana: Ghall-habta ta' l-1867 kienet ga tezisti banda Furjaniza, izda jidher li din
ma kenitx il-banda tas-Socjeta Filarmonika Vilhena, ghalkemm setghet harget minnha l-istess Socjeta' li zzomm id-data ufficjali
tat-twaqqif taghha bhala s-sena 1874. L-ewwel Surmast Direttur tas-Socjeta' kien Mro. Giuseppe Borg, bin l-imsemmi Mro. Indri'
l-aghma". L-ewwel kazin tal-Banda Vilhena kien fin-naha tal-Floriana maghrufa bhala Balzunetta, ezattament f''Villa San Calcedonio'
quddiem il-Gonna ta' l-Argotti. Minn hemm il-kazin kellu jimxi ghal hafna postijiet ohra fil-Floriana sakemm wasal fil-post li
jokkupa llum fi Triq Sant'Anna.
L-ewwel President tal-Banda Vilhena kien in-neguzjant Baldassare Portanier.
Il-Banda Vilhena ma kenitx ristretta biss ghal dak li ghandu x'jaqsam mal-kamp muzikali u kellha anki kumpanija teatrali bhal ma
kellhom kazini tal-baned ohra. Tul is-snin il-Banda Vilhena kellha surmastrijiet ta' fama u fost dawn insemmu lit-Taljan Angelo
Melilli li kien ikkompona l-'Inno Nazionale San Publio' (Innu Nazzjonali San Publio) li baqa' maghruf bhala 'l-innu ta' Melilli'.
Din is-socjeta' muzikali wahdanija Furjaniza qasmet mal-bqija tal-komunita' Furjaniza it-tbatijiet u n-niket tat-Tieni Gwerra Dinjija
u l-kazin taghha, li dak iz-zmien kien fi Triq il-Miratur, kien iggarraf ukoll bil-hidma ta' l-ghadu bit-telf ta' oggetti prezzjuzi
u hafna dokumentazzjoni li jirrakontaw l-istorja bikrija taghha.
Banda De Paule; Paola: F'Gunju ta' l-1898 infetah l-ewwel Kazin tal-Banda F'Rahal Gdid taht l-isem ta'
Gran Maestro Fra Antoine De Paula fuq inizjattiva tal- Kjeru Don Carmelo Bologna, dak iz-zmien Rettur tal-Knisja ta' Sta.Ubaldesca,
bl-ghajnuna ta' Salvatore Carabott u Luigi Galea. Fil-bidu kienet tintuza d-dar ta' Bologna f'Nru. 8 Strada Loggia u skond l-istorjugrafu
Em. B. Vella. f'dik is-sena "Kienu nxtraw l-istrumenti u bdiet tassew il-band". Nhar il-hadd' 19 ta'Awissu 1900, din il-Banda ghamlet marc
mat-toroq ta' Casale paula fl-okkazjoni tal-Festa ta' Sta. Ubaldesca, Patrun ta' l-Ordni tal-kavallieri ta' San Gwann. Fis-sena 1910 Rahal
Gdid sae Parrocca u s-Socjeta hadet dehra gdida taht it-tmexxija ta' l-ewwel surmast Direttur taghha Carlo Ronsisvalle, l-popolarita'
tal-Banda De Paule malajr kibret. Infatti, fl-1912 giet mistiedna ghall-Festi ta' San Lawrenz u San Duminku fil-Birgu kif ukoll f'irhula ohra
fosthom iz-Zejtun, Hal Luqa, il-Gudja u Hal Ghaxaq.
Banda Pinto; Qormi: Il-Banda San Sebastjan hija l-ewwel banda li kien hemm fil-Belt Pinto. Din giet imwaqqfa
fis-sena 1862. Tul is-snin il-Banda Pinto kisbet diversi unuri u saret hi wkoll fost l-aqwa baned fil-gzejjer Maltin, b'surmastrijiet u bandisti
li ghamlulha unur. L-iktar data importanti li baqghet immarkata fl-istorja tas-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan hija fl-1862 meta
twaqqfet bhala banda. Il-Banda bidet tiehu sehem mhux biss fil-festa titulari ta’ San Gorg imma wkoll f’kull festa ohra tal-Parrocca. Fil-gurnali
kontempranji nsibu xi referenzi importanti bhal meta fl-1872, taht id-direzzjoni tas-Surmast Bartoli ‘La Banda dei Curmini’ hadet sehem f’serata
teatrali fl-Isla, sena wara hadet sehem fil-festa ta’ San Gorg u anke fit-Teatru Vittoria ta’ Tas-Sliema. Aktar storja kompliet tinkiteb
maz-zmien u dan wassal ghal din l-okkazjoni ta’ Casal Fornaro li se ssir fis-17 ta’ Ottubri li gej, fejn kienet inizjattiva ta’ din is-Socjeta’
stess li ghall-ewwel darba fl-istorja, il-baned kollha li ghandhom isimhom b’konessjoni mal-Granmastri jew Kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann
ser idoqqu flimkien. Inheggigkom tattendu bi hgarkom ghal din il-maifestazzjoni ta’ kultura mill-isbah!
Tislijiet
Kull Dritt Riservat - Ghaqda Armar San Sebastjan Qormi - 2009