Il-Festa 2010 giet u marret. Din is-sena fuq ftehim li sar bejn l-għaqdiet tal-parroċċa li jorganizzaw il-Festa ta' San Sebastjan f'Hal Qormi, flimkien mal-Kappillan, il-festa hadet dehra differenti mis-soltu. Matul il-gimgha kollha ma nharaqx nar kif ukoll saret quddiesa ghaz-zghazagh minn flok il-marc tat-Tlieta. Ghall-din il-quddiesa kien hemm attendenza numeruza mill-ghaqdiet kollha tal-parrocca kif ukoll minn hafna zghazagh tal-parrocca u ghaqdiet taz-zghazagh ohra minn parrocci differenti.
Il-Hadd filghodu ma sarx il-marc tradizzjonali u l-ghaqdiet kollha ppartecipaw fil-quddiesa solenni tal-Festa. Il-Banda San Sebastjan tas-Socjeta' Filarmonika Pinto akkumpanjat il-purcissjoni fil-waqt li l-marc tal-ahhar gie mhassar ukoll. Dan kollu sar biex jigu mfakkra z-zewgt ihbieb taghna, Damian u Alfred li hallewna f'incident fil-post tan-nar aktar kmieni matul din is-sena.
Minkejja dawn it-tibdiliet, il-Festa kienet success kbir fejn fost ohrajn spikkaw il-funzjonijiet tal-knisja li gew fi tmiemhom bid-dhul tal-purcissjoni u l-Barka Sagramentali, kif ukoll il-marcijiet ta' matul il-gimgha, l-aktar dak ta' l-ahhar tridu. Nhar it-Tnejn 26 ta' Lulju jintemmu l-festi ufficjalment permezz ta' quddiesa ta' radd ta' hajr lil Alla u bid-dhul ta' l-istatwa fin-nicca.
F'isem l-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan u l-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi, nixtieq nirringrazzja lil kulhadd tal-kooperazzjoni sabiex kellna festa mill-isbah.
Aktar ritratti tistghu tarawhom billi zzuru s-sezzjoni tar-ritratti ddedikata ghall-festa ta' din is-sena. Hajr ghar-ritratti lil Alex Powell, Matthew Zammit u Errol Farrugia. Hajr ghal-vidjo lil Joseph Savona.